Opossum ta' denbu qasir ta' Emilia
Dehra
Opossum ta' denbu qasir ta' Emilia | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Monodelphis |
speċi | Monodelphis emiliae Thomas, 1912
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
L-opossum ta' denbu qasir ta' Emilia (Monodelphis emiliae) huwa mammiferu marsupjal. Huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra l-inqas fost l-opossumi li huma adattati għal ħajja fis-siġar, l-oriġini ta' dan l-opossum huwa l-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Ġeneralment, dan l-opossum jippreferi jgħix f'abitat ta' foresta sotto-tropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'artijiet bil-ħaxix subtropikali u f'artijiet tropikali baxxi u xotti.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-opossum ta' denbu qasir ta' Emilia huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Monodelphis emiliae jinsab fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel , speċi li hija mifruxa mal-Brażil, mal-Peru u possibilment fil-Bolivja wkoll.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' denbu qasir ta' Emilia, Monodelphis emiliae
- Ġeneru Monodelphis
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Infonatura