Apollo (divinità)
Dan l-artiklu dwar il-mitoloġija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fil-mitoloġija Griega Apollo, magħruf ukoll bħala Deljan (laqam li ġej minn Delos, il-gżira li twieled fuqha), huwa iben Żeus u Leto, it-tifla ta' Titan. Skont il-leġġenda Omerika, Apollo kien alla tal-profezija u ġieli ta d-don tal-profezija lill-mortali li kien iħobb. Waħda minn dawn kienet il-prinċipessa Trojjana Cassandra. L-iktar oraklu importanti tiegħu hu dak ta' Delfi.
Mużiċista prim, Apollo kien ipaxxi lill-allat bid-daqq tal-lira. Kien magħruf ukoll bħala qawwas prim u bħala atleta - l-ewwel wieħed li rebaħ il-Logħob Olimpiku. Oħtu t-tewmija, Artemis, kienet il-gwardjana tax-xebbiet, waqt li hu kien iħares il-ġuvintur. Minbarra dan, jingħad li Apollo kien anke l-alla ta' l-agrikoltura, tal-merħliet, tad-dawl u tal-verità. Ġieli ġie mfixkel ma' Eljos, l-alla tax-xemx, u oħtu ma' Selene, l-alla tal-qamar. Kien hu li għallem lill-mortali l-arti tal-fejqan. Frott is-sbuħija fiżika tiegħu, Apollo ġie rraffigurat fl-arti antika iktar minn kull divintà oħra. L-iktar li tpenġa hu bħala żagħżugħ sabiħ, kważi dejjem bla leħja, u b'lira jew b'qaws f'idejh.
|
|