Aqbeż għall-kontentut

Fenno-Skandinavja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ritratt satellitari tal-Fenno-Skandinavja

Fenno-Skandinavja (bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bil-Norveġiż: Fennoskandia; bir-Russu: Фенноскандия, b’ittri Rumani: Fennoskandiya) jew il-Peniżola Fenno-Skandinava hija l-peniżola ġeografika li tinkludi l-Peniżola Skandinava u Kola, l-art kontinentali tal-Finlandja, u l-Karelja.[1] Amministrattivament din tinkludi bejn wieħed u ieħor l-art kontinentali tal-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja[2], kif ukoll l-Oblast ta’ Murmansk, il-biċċa l-kbira tar-Repubblika tal-Karelja, u partijiet mit-Tramuntana tal-Oblast ta’ Leningrad fir-Russja.

L-isem joriġina mill-kliem bil-Latin Fennia (il-Finlandja) u Scandia (Skandinavja).[3] It-terminu ntuża għall-ewwel darba mill-ġeologu Finlandiż Wilhelm Ramsay fl-1898.[4]

Ġeoloġikament, iż-żona hija distinta minħabba li l-art tagħha hija magħmula mill-granit Arkean u mill-blat metamorfiku gneiss bi ftit ġebla tal-ġir, b’kuntrast ma’ żoni li jmissu magħha fl-Ewropa.

It-terminu simili Fennoskandja xi kultant jintuża bħala sinonimu ta’ Fenno-Skandinavja. Iż-żewġ termini xi kultant jintużaw biex jirreferu għal raggruppament kulturali jew politiku tal-Finlandja mad-Danimarka, l-Iżvezja, u n-Norveġja (l-Iskandinavja), li huwa subsett tal-pajjiżi Nordiċi.[5][6]

  • Ramsay, W., 1898. Über die Geologische Entwicklung der Halbinsel Kola in der Quartärzeit. Fennia 16 (1), p. 151.
  1. ^ The Oxford Handbook of the Archaeology and Anthropology of Hunter-Gatherers, eds. Vicki Cummings; Peter Jordan; Marek Zvelebil (Oxfored; New York: Oxford University Press, 2014), p. 838.
  2. ^ "Status of moose populations and challenges to moose management in Fennoscandia. - Alces - HighBeam Research". web.archive.org. 2007-03-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-03-06. Miġbur 2021-04-28.
  3. ^ "Fennoscandia Meaning | Best 4 Definitions of Fennoscandia". www.yourdictionary.com. Miġbur 2021-04-28.
  4. ^ "De Geer, Sten (1928). "Das geologische Fennoskandia und das geographische Baltoskandia" (PDF). Geografiska Annaler (in German). Swedish Society for Anthropology and Geography. 10: 119–139" (PDF).
  5. ^ Bulletin - Canadian Library Association, Volume 20. Canadian Library Association., 1963. p. 179.
  6. ^ "Home : Oxford English Dictionary". www.oed.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-28. Miġbur 2021-04-28.