Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Ewropa globali: nużaw b’għaqal is-setgħa u s-sħubijiet tagħna

Ħarsa ġenerali

Id-dinja nbidlet drastikament f’dawn l-aħħar snin. L-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-gwerra f’Gaża, u l-fatt li tfaċċa grupp ġdid ta’ reġimi awtoritarji li qed jaħdmu biex jiżirgħu l-firda u jfittxu li joħolqu ordni internazzjonali alternattiv, kif ukoll l-atteġġjament aktar aggressiv taċ-Ċina u l-kompetizzjoni ekonomika inġusta min-naħa tagħha, huma biss ftit mill-eżempji li juru li l-UE trid tkun aktar assertiva biex tfittex l-interessi tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tiżgura li l-politika barranija u tas-sigurtà tal-UE tkun adattata biex tindirizza l-isfidi tar-realtà attwali tad-dinja. Se niddefendu u nippromwovu ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u nistinkaw biex insaħħu r-rwol tal-istituzzjonijiet globali. B’hekk, jiġu sostnuti l-valuri tal-Ewropa u l-Ewropa tibqa’ b’saħħitha f’dinja aktar kompetittiva u instabbli.

Kif jaħsbuha l-Ewropej

69 %
taċ-ċittadini tal-UE huma favur politika barranija komuni bejn il-pajjiżi tal-UE
67 %
jaqblu li l-UE hija post ta’ stabbiltà f’dinja mimlija inkwiet
69 %
jaqblu li l-UE għandha biżżejjed għodod biex tiddefendi l-interessi ekonomiċi tagħha fl-ekonomija globali

Objettivi

  • Icon_dark_blue
    Li nkabbru l-Unjoni Ewropea

    biex inżidu l-influwenza tagħna fix-xena globali

  • Icon_dark_blue
    Li niffukaw fuq il-viċinat usa’ tagħna

    biex nippromwovu l-paċi, is-sħubijiet u l-istabbiltà ekonomika

  • Icon_dark_blue
    Naħdmu għal politika ekonomika barranija ġdida

    biex nagħtu spinta lill-prosperità, is-setgħa kummerċjali, u s-sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku tagħna

  • Icon_dark_blue
    Li nirriformaw is-sistema internazzjonali

    biex nagħmluha adattata għad-dinja tal-lum

Kif se nilħqu l-objettivi tagħna

It-tkabbir bħala urġenza ġeopolitika

Approċċ aktar strateġiku għall-viċinat tagħna

Politika ekonomika barranija ġdida

It-tfassil mill-ġdid tal-multilateraliżmu għad-dinja tal-lum

Il-progress s’issa

Immonitorja, segwi, u ibqa’ aġġornat dwar il-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi fil-qafas ta’ din il-prijorità.

  1. Lulju 2025

    L-UE u l-Moldova jilħqu ftehim dwar relazzjoni kummerċjali modernizzata

  2. Ġunju 2025

    L-UE tistabbilixxi l-istrateġija diġitali internazzjonali tagħha biex taħdem ma’ sħabha madwar id-dinja fl-appoġġ tat-tranżizzjonijiet diġitali tagħhom

    L-UE u l-Ukrajna jilħqu ftehim fil-prinċipju dwar relazzjoni kummerċjali modernizzata

  3. Mejju 2025

    L-UE tadotta strateġija għal reġjun tal-Baħar l-Iswed stabbli u sigur

    L-UE u Singapore jiffirmaw ftehim storiku dwar il-kummerċ diġitali

  4. April 2025

    Il-Kummissjoni tipproponi programm pluriennali ta’ appoġġ komprensiv ta’ massimu ta’ €1.6 biljun bħala sostenn għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Palestina

    Fl-ewwel laqgħa għolja bejn l-UE u l-Asja Ċentrali, il-mexxejja jaqblu dwar sħubija strateġika

  5. Marzu 2025

    L-UE u r-Repubblika tal-Korea jikkonkludu negozjati dwar Ftehim Kummerċjali Diġitali

    Fil-Konferenza ta’ Brussell, l-UE twiegħed €2.5 biljun bħala appoġġ lis-Sirja u lir-reġjun

  6. Jannar 2025

    Konklużjoni ta’ Ftehim Globali modernizzat mal-Messiku

  7. Diċembru 2024
  8. 1 ta’ Mejju 2024

    L-UE tiċċelebra l-20 anniversarju tat-tkabbir tal-2004

Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Min hu inkarigat

Portrait of Kaja Kallas

Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u Viċi President

Portrait of Maroš Šefčovič

Il-Kummissarju għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika; Ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-Trasparenza